FA CUP
F’Wembley Stadium fit-tieni semi finali Chelsea għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 2-0 biex issa se jaffrontaw lil Liverpool fil-finali tal-FA Cup. Huma marru fil-vantaġġ fil-65 minuta meta x-xutt ta’ Kai Havertz kien salvat, mit-tieni tentattiv kien Ruben Loftus-Cheek li tefa’ fix-xibka għal 1-0. Chelsea rdoppjaw fis-76 minuta meta Mason Mount bidel il-ballun ma’ Timo Werner, bl-Ingliż jikkonkludi fix-xibka għal 2-0.
FA CUP
Semifinali : Man City v Liverpool 2-3, Chelsea v C’Palace 2-0 Finali: Liverpool v Chelsea
PREMIER LEAGUE
Mill-Premier League fl-Ingilterra Newcastle kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 fuq Leicester biex komplew jitbiegħdu miż-żona ta’ relegazzjoni fejn telgħu fl-14-il post b’37 punt. Kienu Leicester li fetħu l-iskor fid-19 -il minuta meta minn pass ta’ Ayoze Perez kien Ademola Lookman li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Newcastle kisbu d-draw man-nofs siegħa logħob meta Kasper Schmeichel ma żammx tajjeb ix-xutt ta’ Bruno Guimaraes, biex mit-tieni tentattiv kien l-istess Brażiljan li xeħet fix-xibka għal 1-1. Newcastle aċċertaw ruħhom mit-tliet punti b’gowl fil-95 minuta tal-partita meta minn azzjoni ta’ Joe Willock reġa’ kien Bruno Guimaraes li bir-ras tefa’ fix-xibka għal 2-1.
Riżultati: Newcastle v Leicester 2-1, West Ham v Burnley 1-1
//= $special ?>