Wara s-suċċess tal-avveniment tas-sena l-oħra fejn inġabru aktar minn €800, il-KSM irnexxielu jikser rekord ieħor b’aktar minn 200 rigal mogħtija kemm lill-Pediatric ward fl-Isptar Mater Dei, kif ukoll lit-tfal li joqogħdu f’Angela Home li hi mmexxija mis-Sorijiet Ursolini.
Din is-sena l-Kunsill Studenti tal-MCAST, iddeċieda li jerġa’ jniedi din l-inizjattiva waqt il-Perjodu tal-Għid. Bil-KSM irnexxielu joħloq “Egg-Citing Easter” għal dawn it-tfal għat-tieni sena konsekuttiva.
Il-KSM rringrazzja lil BOV Club talli kien l-isponsor uffiċjali ta’ dan l-avveniment filwaqt li rrangrazja wkoll lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor taw sehemhom biex din l-inizjattiva tkun ta’ suċċess bħal ma’ kienet.
Il-KSM għal darb’oħra wera x’jiġri meta ż-żgħażagħ jingħaqdu flimkien għal-ħaddieħor. Bla dubju ħafna oħrajn se jimxu fuq il-passi tal-KSM u jkomplu jaqdu lill-komunità filwaqt li juru lill-pubbliku li lkoll jistgħu jagħmlu differenza.
//= $special ?>