“Għandna bżonn lil Kristu Rxoxt biex ngħarfu verament l-importanza tal-imħabba u l-paċi ‘l bogħod mill-gwerrer.”
Kien dan il-messaġġ ewlieni tal-Papa Franġisku għall-Għid il-Kbir, magħruf bħala Urbi et Orbi… messaġġ li wassal minn quddiem iktar minn 50,000 persuna li nġabru fil-pjazza tal-Vatikan għall-barka tal-Papa.
Ġesu Kristu li miet u rxoxta… u l-Papa qal li dan jagħti tama għall-paċi, hekk kif id-dinja qed tara wisq tixrid tad-demm kaġun tal-gwerrer… gwerrer li qed jifirdu l-familji, filwaqt li tfal qed jispiċċaw orfni u l-qerda ta’ bliet u rħula tkompli.
Il-Papa qal li llum iktar minn qatt qabel għandna bżonn lil Alla biex noħorġu mit-tbatija tal-pandemija u nwarrbu l-ġlied ta’ bejnietna biex ngħixu ħajja feliċi. Fakkar li wieħed jista’ jifhem il-tbatija li għadda minnha Kristu fuq is-salib hekk kif hi l-istess tbatija li numru kbir ta’ persuni qed jgħaddu minna kawża tal-gwerrer.
Qabel dan il-messaġġ, il-Papa Franġisku għadda minn qalb folla nies li kienu jinsabu fil-pjazza… selmilhom u saħansitra waqaf ħdejn uħud mit-tfal preżenti.
Fatt interessanti hu li f’Jum l-Għid, din il-pjazza kienet ilha sentejn ma tara dan l-ammont kbir ta’ persuni.
Intant, din il-ġurnata, għall-Papa bdiet permezz ta’ quddiesa li qaddes fl-istess pjazza. Waqt l-omelija, il-Papa saħaq li l-qawmien ta’ Kristu jagħti tama u kuraġġ għal dawk li jinsabu fl-għeqqel tal-gwerrer, b’mod speċjali dik bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Apparti ċ-ċelebrazzjonijiet fil-Vatikan, id-dinja ċċelebrat din il-festa li tissimbolizza tama u bidu ġdid.
//= $special ?>