Il-kompetizzjonijiet tal-Għid il-Kbir organizzati mill-Malta Pool Association għadhom kif ġew fi tmiem tagħhom.
Fil-kategorija tal-Premier u l-Ewwel Divizjoni kellna r-rebħa ta’ Jojo’s Bar B’ Bugia li f’ finali mill-aktar eċċitanti għelbu lil Tarxien Bocci Club bl-iskor ta’ 11-9. Dan kien l-ewwel unur mirbuħ mit-tim ta’ B’ Bugia li kien kumpatt u determinat matul il-kompetizzjoni.
Fil-finali tal-kategorija tat-Tieni u Tielet Divizjoni Ghaxaq Bocci Club kisbu rebħa kbira ta’ 11-4 fuq St. George’s Band Club Qormi. Kif juri r-riżultat it-tim Għaxqi kien superjuri għal dak Qormiz u rebah dan l-unur ghat-tieni sena konsekuttiva.
//= $special ?>