Lokali Qorti

Żewġ żgħażagħ mixlija li serqu ramm mill-Casino di Venezia jingħataw il-pleġġ

Gareth Chlach ta’ 23 sena u Jean Claude Fava ta’ 22 sena, li t-tnejn jgħixu Bormla tressqu l-Qorti akkużati b’serq ta’ ramm u oġġetti oħra mill-Casino di Venezha u ksur ta’ kundizzjonijiet li kienet imponuta mill-Qorti fuq każijiet oħra. Fil-Qorti li kienet preseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima għataw dettalji ta’ kif il-Pulizija saru jafu li seta’ kien hemm serqa.

Dan meta telefonata anonima infurmathom li kien hemm żewġt irġiel li kienu mexjin fit-triq b’xi oġġetti suspettużi. Wara l-arresti, fir-residenza tal-irġiel, il-Pulizija sabu diversi oġġetti li fihom ammont sostanzjali ta’ ramm. Il-prosekuzzjoni spjegaw wkoll li nstabu ħwejjeġ li allegatament intużaw f’reati oħra.

Minn naħa tagħha d-difiża mmexxija mill-Avukat Charmaine Cherrett qalet li l-affarjiet li allegatament insterqu, ħarġu minn bini abbandunat u talbet għall-ħelsien mill-arrest, liema talba intlaqgħet mill-Qorti fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom li ż-żewġ żgħażagħ jirrapportaw kuljum fl-għasses ta’ Bormla u Ħaż-Żabbar.

Lil Chlach waħdu prosekuzzjoni xlietu li kkaġuna ħsara fuq ħwejjeġ ħaddieħor kif ukoll li kiser il-paċi pubblika. Lil Fava, il-pulizija xlietu wkoll li wkoll kiser il-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti f’sentenza separata lura f’Novembru 2020.

Il-prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur tal-pulizija Darren Buhagiar u Kurt Farrugia, spjegat fil-Qorti li l-imputati nhar Sibt il-Għid serqu oġġetti inkluż ammont ta’ ram mill-Birgu għad-dannu tal-Gvern. Wara li semgħet is-sottomissjonijiet miż-żewġ partijiet, il-Maġistrat Grima tat il-ħelsien mill-arrest lil Clach fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000 u li jiffirma kuljum bejn il-5.00am. u l-5.00pm. fl-għassa ta’ Bormla u li jkun id-dar sas-7.00pm.’

Il-Maġistrat wissiet ukoll liż-żagħżugħ biex jbiddel ir-rotta ta’ ħajtu u ma jinkwietax aktar l-ommu li kienet preżenti fl-awla. Dwar Fava, il-Qorti wkoll laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest ukoll fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €10,000 kif ukoll ordnatlu li jkun id-dar fis-7.00pm. u li jiffirma kuljum fl-għassa ta’ Ħaż-Żabbar.