Coronavirus Lokali Saħħa

199 każ ġdid; imutu 2 persuni oħra bil-Covid-19

Bejn il-Ħadd u t-Tnejn, mietu żewġ persuni oħra bil-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ vittmi żdied għal 677. Dan għaliex bejn is-Sibt u l-Ħadd Malta rat ukoll żewġ vittmi oħra kaġun tal-pandemija.

Fl-aħħar sigħat instabu 199 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li bejn is-Sibt u l-Ħadd 271 każ. Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 494 persuna oħra, biex hekk in-numru ta’ każijiet attivi naqas għal 7,153.

F’Jum l-Għid ma’ kienet ippublikata ebda informazzjoni dwar l-aħħar numri tal-COVID-19 f’Malta u f’Għawdex, biex it-Tnejn inħarġet l-informazzjoni ta’ jumejn dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-imxija f’pajjiżna.

Id-dettalji ta’ kemm hemm każijiet fl-isptar u kif ukoll kemm persuni jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva għadhom mhux joħorġu.

https://netnews.com.mt/2022/04/18/covid-19-dalghodu-johorgu-c-cifri-tal-kazijiet-tal-bierah/