Draw li kollox ma kollox jista’ jitqies bħala riżultat ġust iżda ftit li xejn għamel tibdil fil-klassifika b’Napoli jibqgħu fit-tielet post b’67 punt filwaqt li Roma baqgħu fil-ħames post bi 58 punt. Fil-11 il-minuta foul ta’ Roger Ibanez fuq Hirving Lozano. Marco di Bello ikkonsulta l-VAR. Saffar penalty għal Napoli b’ LORENZO INSIGNE jgħeleb lil Rui Patricio. Vantaġġ għal Napoli li biħ intemmet ukoll l-ewwel taqsima.
Minkejja li Roma kienu aktar fil-partita, Napoli xorta kellhom aktar pussess l-aktar wara li fit-78 minuta tkeċċċa għal Roma Daniel Fuzato b’karta ħamra diretta għal kummenti li għadda lejn ir-referee. Bi plejer anqas żdiedet il-pressjoni minn Roma. Fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud minn cross ta’ Lorenzo Pellegrini lejn Tammy Abraham li bit-takkuna żmarka lil STEPHAN EL SHAARAWY li għeleb lil Alex Meret għal 1 – 1. Riżultat li biħ intemmet il-partita.
Tkompli s-serje negattiva ta’ Atalanta din id-darba b’telfa f’darhom. F’mument meta kollox deher li l-ewwel taqsima se tintemm bla gowls, fit-tielet minuta ta’ ħin miżjud, Verona fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Giovanni Simeone kien FEDERICO CECCHERINI li għeleb lil Juan Musso. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess. Fil-55 minuta Verona rduppaw. Wara li Musso salva fuq Ivan Ilic kien TEUN KOOPMEINERS li kkommetta auto-goal mill-istess azzjoni. Kien biss fit-82 minuta li Atalanta naqqsu l-iskor permezz ta’GIORGIO SCAVOILINI li minn azzjoni ta’ Davide Zappacosta għeleb lil Lorenzo Montipo.
SERIE A
Illum: Napoli v Roma 1-1, Atalanta v Verona 1-2
//= $special ?>