Għalkemm il-bastimenti li qed ibaħħru taħt il-bandiera tar-Russja huma projbiti milli jidħlu fil-portijiet tal-Belġju, l-Italja u l-Bulgarija, hemm xorta waħda numru ta’ eċċezzjonijiet f’sitwazzjoni li qed tirrendi ‘anqas effettivi’ s-sanzjonijiet mill-Unjoni Ewropea fuq Moska.
Il-ħames rawnd tas-sanzjonijiet tal-UE imposti fuq ir-Russja ( wara l-invażjoni tal-Ukrajna) fost oħrajn jipprojbixxi lill-bastimenti tar-Russi mill-portijiet tal-Ewropa. Madankollu, l-istqarrija tal-UE, aktar kmieni fix-xahar, qalet li ‘hemm xorta waħda l-eżenzjonijiet għal raġunijiet mediċi u umanitarji u f’każi fejn l-ekwipaġġi ta’ dawk il-bastimenti jinħtieġu l-ikel u l-fuel’.
L-istampa fil-Belġju u l-Italja, intant, qalu li l-bastimenti tar-Russi jistgħu xorta waħda jwasslu kunsinni taż-żejt, gass, varjetà ta’ metalli, qmuħ, fertilizzanti, farmċewtiċi u fuel nukleari lill-pajjiżi tal-UE. Fl-istess ħin dawn il-bastimenti jistgħu anki jwasslu lill-UE is-sorsi tal-enerġija atomika li huma meħtieġa għall-proġetti ċivili tal-Ewropa.
Il-bastimenti tar-Russi anki se jitħallew jidħlu fil-portijiet tal-UE għal każi ta’ emerġenza,
Dan meta r-Russja għadha qed tesporta, kuljum, kwantitajiet kbar ta’ enerġija lill-Ewropa – bil-Ġermanja u Stati oħrajn tal-UE jibqgħu dipendenti ħafna fuq dan ir-riżors. Intant, l-Ukrajna u s-sostenituri tagħha fl-Ewropa qed ‘jiddeploraw’ il-falliment tal-UE biex timponi sanzjonijiet effettivi għas-sorsi tal-enerġija mir-Russja.
//= $special ?>