Lokali Qorti

Mixli li hedded bil-mewt b’arma tan-nar lil bintu, tifla fostered minnu u lill-ħabiba tagħha

Raġel ta’ 37 sena mill-Għargħur inżamm arrestat wara li ġie mixli li hedded bil-mewt b’arma tan-nar lil bintu ta’ 10 snin, li tbati bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, tifla oħra li hija fostered minnu u l-ħabiba tagħha li kienu fid-dar tiegħu. Huwa ġie mixli wkoll li hedded lil martu bil-fomm. Huwa ġie mixli wkoll li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq bintu ta’ 10 snin.

Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia l-Ispettur John Spiteri qal li fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu l-Pulizija daħlilha rapport li kien hemm kommossjoni kbira f’residenza fil-Għargħur. Kien fl-Għassa tan-Naxxar li daħal dan ir-rapport fejn f’xi ħin bejn is-2.00am. u l-4.15am. seħħ argument li skala meta l-akkużat kien f’kuntatt ma’ martu bit-telefon u qalilha biex tmur id-dar u hi ma rieditx.

Ir-raġel  m’għadux jgħix ma’ martu, bil-koppja fil-preżent għaddejja minn proċeduri ta’ separazzjoni. L-akkużat  qal lill-Qorti li jaħdem fil-kostruzzjoni u anke bħala barman bil-prosekuzzjoni tgħid li l-mara kienet telqet mid-dar wara li keċċieha l-akkużat u kien hu li qal lil mara li kien se jispara lit-tfal u wara kien se joqtol lilu nniffsu.

Ħareġ li meta l-Pulizija marru fuq il-Pulizija marru fuq il-post sabu lit-tfal imwerwin tant li ħarbu minn fuq il-post. L-Ispettur Spiteri esebixxa l-istqarrija tal-imputat li wara li kkonsulta mal-avukat tiegħu Arthur Azzopardi wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Saret talba għall-ħelsien li sabet oġġezzjoni minn naħa tal-prosekuzzjoni.

Spiteri qal li huwa jemmen li l-ħelsien mill-arrest huwa dritt sagrosant u mhemmx biża li r-raġel jaħrab mill-pajjiż jew li ma jattendiex għas-seduti. Madankollu, l-inkwiet huwa li l-akkużi huma serji, x-xhieda huma minuri u bit-tifla fostered ilha tgħix mal-koppja għal kważi 15-il sena. Il- ħabib tal-vittma esperjenzat att xokkanti.

Spiteri qal li din il-ħabiba ta’ 15-il sena ħadet ‘voice recording’ ta’ dak li kien iseħħ u kien hemm kommozzjoni kbira, tant li meta waslu l-Pulzija deher kif il-bniet kienu mwerwrin. L-Ispettur Spiteri qal li qed jopponi għall-pleġġ minħabba li wkoll loi għad iridu jixhdu erba’ persuni mportanti li huma t-tfal u l-mara. Tenna li bil-meżżi ta’ kommunikazzjoni, hemm il-biża li dawn ma jkunux jistgħu jixhdu liberalment. Qal li l-biża huwa ċar u manifest.

L-Avukat Arthur Azzopardi qal li l-inċident kollu dam madwar 10 minuti, u kif qal l-Ispettiur l-inċident kien recorded u apparti li l-mara ma kinitx hemm, ir-recording huwa diġa prova għall-prosekuzzjoini. Tenna li r-recording qed jippresserva l-inċident innifssu.

Sadaniitant l-akkużat għandu residenza wkoll l-Belt Valletta u  m’għandux għalfejn joqgħod id-dar. Għandu wkoll razzett bl-annimali l-Għargħur iżda hemm min  jista’ jalef l-annimali u mhemmx għafejn jagħmel dan ix-xogħol hu. Azzopardi qal ukoll li r-recording li sar huwa aħjar minn CCTV għal filwaqt li dan irid jinterpreta r-ritratti,bl- audio recoding wieħed jisma’ kollox. U jekk għall-argument l-akkużat jipprova jagħmel kuntatt mal-bniet, dawn żgur jafu x’għandhom jagħmlu u jinfurmaw lil ommhom dwar dan.

Problemi psikjatriċi

Dwar il-ħelsien mill-arrest l-Avukat Azzopardi qal lill-Qorti li jrid imur pass oltre, dik li tinħareġ ordni ta’ trattament tiegħu stess minħabba li l-imputat għandu problemi psikjatriċi. Tenna li huw jinsab taħt il-kura tal-psikjatra Etienne Muscat u għaldaqstant jista’ jkun hemm ordni ta’ trattament, jew minnu jew minn ħaddieħor, ikun min ikun.

Hawn min jikkurah jista’ jagħmel l-evalwazzjonijiet tiegħu u jinforma lill-Qorti.  Għalhekk qal Azzopardi “nibdew min issa nagħrfu l-problema, jekk teżisti”. U jekk dan huwa l-każ jista’ jittieħed Monte Carmeli. Madankollu qal li mhux qed jgħid li huwa qed iwieġeb għall-akkużi li l-klijent tiegħu jinsab fi stat ta’ ġenn.

L-Ispettur Spiteri reġa’ semma l-importanza li jixhdu l-allegati vittm. Il-Qorti filwaqt li bħal prosekuzzjoni qablet ma’ dak li kienet qed tissuġerixxi d-difiża, semmiet l-importanza li jkollha moħħa mistrieħ fuq l-allegati vittmi, iżda ordnat biex jekk huwa possibbli fis-seduta li jmiss l-allegati vittmi jixhdu kollha.

Il-Qorti laqgħet ukoll talba mill-prosekuzzjoni biex isem l-akkużat ma jixxandarx biex jiġu protetti l-allegati vittmi. Ir-raġel ġie mixli wkoll ġarra arma tan-nar u wettaq offiża volontarja biha, li ma kellux liċenzja tal-arma u li l-imġiebda tiegħu wasslet għal biża li se tintuża vjolenza kontra l-vittmi. L-avukat Jason Azzopardi deher bħala parte civile f’isem l-allegati vittmi.