Lokali

Raġel ta’ 48 sena jsofri ġrieħi gravi f’inċident fl-Imsida

Raġel ta’ 48 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi Triq Dun Karm, l-Imsida.

Mill-ewwel investigazzjoni li saret irriżulta li Albaniż ta’ 48 sena residenti n-Nadur Għawdex, intlaqat minn Volvo S40 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 82 sena residenti Santa Venera.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.