Jaqa’ fuq widnejn torox l-appell biex jitneħħa l-periklu f’binja li ċediet minnha parti mis-saqaf, bil-parti tas-saqaf tispiċċa fit-triq u kantun kbir spiċċa f’vann li kien qed jinstaq fil-ħin li krolla kollox.
Nies li kellmu lil Net News qalu li s-sitwazzjoni hija waħda ta’ abbandun u li l-binja li tinsab f’Ħal Farruġ, f’Ħal Luqa teħtieġ attenzjoni kbira. Raġel li tkellem magħna qal li tal-vann jista’ jgħodda b’waħda, hekk kif dan seta’ jweġġa’ aktar kieku l-kantun waqa’ mod ieħor, filwaqt li tenna li mnalla passiġġier fil-vettura ma kinx hemm.
Persuni bagħtu għadd ta’ ritratti lil dan is-sit qalu li għalkemm seħħ dan l-inċident erba’ t’ijiem ilu, xorta waħda x-xogħol għadu ma sarx.
Oħrajn qalu magħna li mhux sew li x-xogħol isir wara li jweġġa’ gravi xi ħadd, u għalhekk issoktaw l-appelli biex dan il-periklu jitneħħa mill-aktar fis.
//= $special ?>