Sport Sport Ieħor

Stefanos Tsitsipas jirbaħ il-Masters ta’ Monte Carlo

(Ritratt: EPA)

Stefanos Tsitsipas rebaħ il-Masters ta’ Monte Carlo meta fil-finali għeleb lil Alejandro Davidovich Fokina fi straight sets 6-3 7-6. Tsitsipas kien qed jilgħab ir-raba’ finali tiegħu fil-Masters biex b’hekk rebaħ il-Masters ta’ Monte Carlo għat-tieni darba konsekuttiva u ngħaqad ma’ Rafael Nadal, Juan Carlos Ferrero, Thomas Muster, Bjorn Borg u Ilie Nastase. Tsitsipas li fl-aħħar edizzjoni għeleb lil Anthony Rublev se jkun qed jokkupa it-tieni post tar-rankings tal-ATP fejn rebaħ tmien unuri fit-Tour, b’erba’ minnhom jiġu fuq it-tafal.