Lejl ieħor ta’ bumbardamenti f’diversi zoni tal-Ukrajna, hekk kif il-militar Russu mhu jaqta’ xejn mill-offensiva tiegħu – partikolarment fuq il-Lvant tal-pajjiz.
Skont rapporti, ħames missili Russi ġew sparati lejn il-belt ta’ Lviv, numru ta’ persuni sfaw maqtula f’attakk iehor fuq Kharkiv, filwaqt li l-Gvern ta’ Zelensky qed ikompli jitkarrab ghall-armi biex jirribatti din l-offensiva l-gdida.
Fl-aħħar sigħat, il-President Ukren ħabbar ukoll li 5,000 kienu t-trabi li nħatfu mir-Russi. Dan apparti tfajliet u nisa illi inħatfu, jew ġew stuprati bla ħniena.
Skont Zelensky l-għan tal-armata Russa bħalissa huwa wieħed ċar – li jeqirdu r-reġjun tad-Donbas.
L-attenzjoni tibqa’ wkoll fuq il-belt ta’ Mariupol fejn is-suldati ta’ Putin ħadu f’idejhom kważi kull rokna ta’ din il-belt – għalkemm l-amministrazzjoni fi Kiev għadha qed tgħid li r-rezistenza Ukrena għadha ma ċedietx.
//= $special ?>