Lokali

COVID-19: 282 każ ġdid, ifiqu 419

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta, fortunatament ma tilfet ħajjitha ebda persuna bil-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ vittmi baqa’ dak ta’ 677.

Fl-aħħar sigħat instabu 282 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 419 persuna oħra, biex hekk in-numru ta’ każi attivi naqas għal 6,734.

Mhux magħruf kemm hemm persuni li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-COVID-19.