L-attakkant ta’ Man Utd Cristiano Ronaldo se jkun qed jitlef il-partita ta’ llejla kontra Liverpool. Dan wara li lbieraħ permezz ta’ post fuq il-media soċjali hu ħabbar li tilef lil ibnu qabel it-twelid. Ronaldo u l-partner Georgina Rodriguez kienu qed jistennew tewmin, bit-tifla titwieled f’saħħitha u tinsab f’kundizzjoni tajba.
Intant Man Utd mistennija jkunu mingħajr Luke Shaw, Raphael Varane, Scott McTominay u Edinson Cavani, li flimkien ma’ Ronaldo mhux se jkunu qed jivvjaġġaw għal Anfield. Il-coach Rangnick qal li Bruno Fernandes mistenni jkun involut fil-partita, minkejja li kien involut serju tat-traffiku it-Tnejn filgħodu.
Intant fis-7 minuta tal-partita il-partiti ta’ Liverpool se jkunu qed jagħmlu minuta ta’ applaws wara l-aħbar tat-telfa ta’ iben Cristiano Ronaldo.
//= $special ?>