Lokali

Il-Compagnia San Michele Malta b’attivita oħra fit-Torri Mamo

Il-Compagnia San Michele Malta hija organizzazzjoni għar-reenactment lokali, bl-għan li tirrikrea b’mod preċiża l-ħajja militari u ċivili Maltija, mill-perijodi medjevali saż-żmienijiet moderni. L-organizzazzjoni għandha rekord tajjeb ħafna ta’ ħidma ma’ entitajiet lokali bħal ‘Heritage Malta u Din’ l-‘Art Helwa’, kif ukoll b’rekord ta’ parteċipazzjoni f’diversi avvenimenti madwar id-dinjija, speċjalment fl-Italja u l-Olanda.

Bejn it-30 ta’ April u l-1 ta’ Mejju, r-reenactors tal-Compagnia San Michele Maltija se jkunu stazzjonati fit-Torri Mamo, fil-limiti ta’ Wied il-Għajn/Żejtun li għadha kif ġiet restawrata. Ir-reenactors se jkunu fit-Torri Mamo il-Ħadd bejn l-9:00am u l-4:00pm, fejn se jkunu qiegħdin jerġgħu janimaw is-sit storiku b’xeni tas-seklu 17 b’reenactment ta’ kemm il-ħajja rurali, kif ukoll l-aspetti dwar l-attivitajiet tal-korsara Maltin f’dan il-perjodu. Din l-attività qed issir bl-appoġġ ta’ ‘Din L-Art Helwa’ hekk kif għadhom kif lestew ir-restawr ta’ Torri Mamo.

Il-Compagnia San Michele Malta qiegħda tistieden lill-poplu Malti biex jaraw lill-istorja tingħata l-ħajja, hekk kif dan ikun ta’ appoġġ kemm għar-reenactors, kif ukoll għal ‘Din L-Art Helwa’ biex tiżdied l-għarfien dwar dan is-sit storiku u l-impenn tal-organizzazzjoni li tissalvagwardja l-wirt Malti.

Tags