Minkejja li l-attenzjoni, issa, qed taqa’ fuq l-offensiva fil-Lvant tal-Ukrajna, l-Armata ta’ Putin, fl-aħħar jiem, xorta waħda wettqet diversi attakki fuq numru ta’ bliet Ukreni oħra.
Kelliema u sorsi indipendenti qegħdin jgħidu li r-Russi, issa, qed jikkonċentraw l-attakki fuq l-Ukrajna ‘b’furja speċjali’ minabba li qed iħossuhom umiljati bit-telfa, jiem ilu, tal-bastiment tal-gwerra ‘Moskva’, li kien ilu s-snin bħala l-flagship tal-Flotta tar-Russja fil-Baħar l-Iswed.
Kollox qed jindika li dan il-bastiment intlaqat minn missili sparati mill-Ukreni, bl-iżvilupp iqanqal ir-rabja kbira ta’ Vladimir Putin u l-ogħla uffiċjali fil-Kremlin li ħalfu li jpattuha lill-Gvern fi Kiev.
//= $special ?>