Il-battalja għall-kontroll tal-belt ta’ Mariupol għadha għaddejja, bil-militar ta’ Moska qed jattakka kumpless industrijali kbir bil-ħsieb li jelimina lill-aħħar membri ta’ Brigata Ukrena li għadhom qed jiddefendu l-pożizzjonijiet tagħhom.
Sadanittant, il-Ministru tad-Difiża Russu, Sergei Shoigu, saħaq li l-Istati Uniti u pajjiżi oħrajn tal-Punent qegħdin jagħmlu li jistgħu biex itawwlu l-kampanja militari tar-Russja fl-artijiet Ukreni.
Shoigu qal ukoll li l-volum tal-armamenti li qed jintbagħtu minn barra lill-Ukrajna għandu jitqies bħala ‘parti minn pjan tal-Punent biex iġiegħel lill-Ukreni jirreżistu, irrispettivament mit-telf ta’ ħajja terribbli li għandha tirriżulta minn gwerra fit-tul.’
//= $special ?>