Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar ħames atleti li qed jippreparaw għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024 u li se jibbenefikaw mill-programm tal-Olympic Solidarity Scholarships. Il-ħames atleti magħżula huma Jordan Gusman (Atletika), Jeremy Zammit (Atletika), Matthew Abela (Badminton), Eleanor Bezzina (Sparar) u Sasha Gatt (Għawm).
L-għażla kienet ibbażata fuq il-prestazzjonijiet tas-sentejn li għaddew u l-prospett realistiku tagħhom ta’ kwalifikazzjoni għal-Logħob.“Il-boroż ta’ studju individwali jagħtu lill-kumitati Olimpiċi il-possibbiltà li jiksbu għajnuna finanzjarja u teknika għal numru limitat ta’ atleti elite li qed jitħarrġu, u jippruvaw jikkwalifikaw għal-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024” spjegat Charlene Attard, Direttur tal-Isport, Kumitat Olimpiku Malti.
Il-finanzjament se jintefaq fuq aċċess għal faċilitajiet ta’ taħriġ, assistenza u monitoraġġ medika u xjentifika regolari kif ukoll spejjeż tal-ivvjaġġar għall-atleta biex jipparteċipa f’kompetizzjonijiet, inklużi avvenimenti ta’ kwalifika Olimpika.
//= $special ?>