Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Boris Johnson, mill-ġdid, talab apoloġija talli, ftit snin ilu, kien kiser ir-regoli tal-Covid meta l-pajjiż kollu kien qiegħed fuq lockdown. Madankollu, Johnson għamilha ċara li ma abbużax mir-regoli ‘apposta’ inkella għax ħaseb li ‘kien aħjar minn ħaddieħor’.
Din kienet l-ewwel stqarrija ta’ Johnson lid-deputati tal-House of Commons wara li hu, il-ġimgħa l-oħra, spiċċa immultat dwar il-ksur tar-regoli tal-lockdown li kien introduċa hu stess fir-Renju Unit.
Boris Johnson, il-mara tiegħu u l-Ministru ( Kanċillier) tal-Finanzi Rishi Sunak f’dawn il-jiem ħallsu l-multi rispettivi talli, f’Ġunju tal-2020, attendew festin għal għeluq snin il-Prim Ministru. Intant, il-partiti fl-Oppożizzjoni qed jakkużaw lil Johnson b’li mexxa ħażin lill-pajjiż ‘dwar dan il-każ’ waqt li qegħdin jitolbu r-riżenja tiegħu.
Sadanittant, id-deputati fil-House of Commons għandhom jivvutaw aktar tard dwar jekk Boris Johnson għandux ikun investigat ‘talli prova jqarraq bil-Parlament’ dwar il-ksur tar-regoli (min-naħa tiegħu) dwar il-Covid.
Dan meta d-deputati se jingħataw iż-żmien biex jiddibattu mozzjoni dwar jekk il-Prim Ministru Johnson għandux jgħaddi mill-‘evalwazzjoni’ tal-Privileges Committee tal-Parlament.
//= $special ?>