B’aggregate ta’ 3 – 0 fuq Milan , Inter huma l-ewwel finalisti tal-Coppa Italia fejn għada jkunu jafu min se jkun l-avversarju jekk hux Juventus jew Fiorentina. Inter fetħu fuq l-offensiva tant li fl-ewwel attakk fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Matteo Darmian kien LAUTARO MARTINEZ li għeleb lil Mike Maignan wara biss erba’ minuti logħob. Kif kien mistenni reazzjoni minn Milan li kellhom aktar pussess bid-difiża ta’ Inter u Samir Handanovic attenti .
Fl-40 minuta Inter irduppjaw. Minn pass ta’ Joaquin Correa kien mill-ġdid LAUTARO MARTINEZ li letali quddiem Maignan għamel l-iskor 2 – 0 . Żdiedet il-pressjoni minn Milan. Fid-69 minuta minn corner, Tamori deher li lagħab b’idu qabel ma Bennacer għeleb lil Handanovic. Maurizio Mariani kkonsulta l-VAR u ma kkonvalidax il-gowl. Reazzjoni minn Inter li fit-82 minuta għalqu l-partita bit-tielet gowl skorjat minn ROBIN GOSENS minn azzjoni ta’ Marcelo Brozovic.
COPPA ITALIA
Illum: Inter v Milan 3-0
//= $special ?>