Illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, il-Pulizija kienet infurmata li raġel kien weġġa waqt li kien qed jaħdem ġewwa triq il-Belt Valletta, Ħal Għaxaq.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żebbuġ sofra ġrieħi f’idejh waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq trakk.
Ir-raġel kien assistit minn tim mediku, filwaqt li ttieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>