Lokali

It-turiżmu se jerġa’ jirkupra fis-sajf

Fl-aħħar sentejn, pajjiżna ħa daqqa ta’ ħarta fejn jidħol it-turiżmu… iżda fortunatament, matul l-aħħar jiem, it-dan is-settur rega’ beda jiehu spinta l quddiem. Specjalment waqt il-vaganzi tal-Ghid.

Fil-fatt, il-President tal-MHRA, Tony Zahra stqarr ma’ Net News li meta tqabbel żmien l-Għid ta’ qabel il-pandemija u l-istess żmien din is-sena…. il-lukandi u r-ristoranti kellhom okkupanza ta’ madwar 75%. Fi kliem semplici, lahqu tliet kwarti tal-volum li kien ikollhom 3 snin ilu.

U issa, l-MHRA qed tbassar li s-sajf li ġej se jkun wieħed pjuttost tajjeb. Madanakollu, hemm il-biża’ li l-gwerra ta’ bejn ir-Russja u l-Ukrajna tkompli teskala… b’rizultat li t-turiżmu jerġa’ jkun affetwat.

Minn dawk il-persuni li qagħdu f’lukandi f’pajjiżna fi żmien l-Għid, 85% minnhom kienu barranin. Dan filwaqt li Għawdex ma gawdiex daqshekk minn din iż-żieda kaġun tar-riħ qawwi li għamel matul tmiem il-ġimgħa… u allura, kellek daqqa anke għas-suq domestiku, b’Maltin jagħżlu li ma jaqsmux lejn Għawdex.