Lokali

Jordan Galea Pace ser ikun il-President ġdid tal-fergħa Team Start

Dalgħodu ltaqa’ l-eżekuttiv tal-fergħa Team Start sabiex jiġi elett president ġdid. Filfatt, Jordan Galea Pace mistenni jkun il-President li jmiss.

Permezz ta’ post fuq Facebook, Team Start saħqu li se jkunu qed jaħdmu biex jespandu u jwasslu l-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista.