Għaddejjin l-aħħar preparamenti biex jittella’ l-festival annwali tal-kanzunetta Maltija, Mużika Mużika.
Dan il-festival joffri opportunità biex l-artisti lokali juru t-talenti tagħhom, b’diversi parteċipanti se tkun l-ewwel darba għalihom li se jieħdu sehem f’festival ta’ dan it-tip.
Takkumpanja lill-kantanti se jkun hemm l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
Keith Demicoli, Clare Agius and Moira Delia se jkunu qegħdin jippreżentaw il-festival …mifrux fuq tliet serati – bejn il-21, 22 u 23 t’April fl-MFCC, Ta’ Qali.
Fl-ewwel jum se ssir is-semifinali, it-tieni jum se jkun iddedikat għall-Klassiċi Maltin filwaqt li fl-aħħar jum ikun hemm is-serata finali. U wieħed se jkollu ċ-ċans li jivvota għall-kanzunetta favorita tiegħu permezz ta’ votazzjoni li se ssir waqt is-serata tas-semi finali u fis-serata finali.
Ritratti: Matthew Tabone
//= $special ?>