L-Awtoritá tax-Xandir ma ħassietx li għandha tieħu azzjoni għall-fatt li x-xandir pubbliku ma ta ebda importanza lill-kummenti li għamel il-Papa dwar il-korruzzjoni waqt iż-żjara tieghu f’pajjiżna.
Dan kien konfermat mill-gazzetta The Times of Malta …illi minn naħa tagħha fakkret kif kull website jew gazzetta kitbet dwar dan id-diskors li għamel il-Papa. Kienu biss il-media Laburista u l-istazzjon nazzjonali li naqsu milli jagħmlu dan.
Fl-ewwel messaġġ li għamel il-Papa aktar kmieni dan ix-xahar f’pajjiżna, hu stqarr li Malta għandha tkompli tiġġieled il-korruzzjoni, trawwem l-onestá u twaqqaf il-kostruzzjoni bla rażan. Iżda dakinhar, il-bulettin ta’ TVM tat-8 ta’ filgħaxija, m’għamel l-ebda referenza għal dawn il-kummenti. Minflok… wera il-messaġġ tal-Papa… twil għoxrin minuta propju bit-taljan.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtoritá tax-Xandir Joanne Spiteri sostniet ma’ TheTimes li xi ħaġa bħal din għandha tiġi diskussa mat-TVM stess filwaqt li kompliet li l-Awtoritá tax-Xandir ma ħasset li għandha tibgħat l-ebda rimarki lill-istazzjon dwar din il-kwistjoni.
Il-PBS ilu xhur twal jiffaċċja kritika propju minħabba li qed jiġi mmanipulat mill-Gvern; tant li bħalissa hemm ukoll kawza pendenti fil-Qorti, illi infethet mill-PN.
Intant, il-gazzetta The Times of Malta bagħtet mistoqsijiet dwar din lill-kwistjoni taċ-ċensura għad-diskors tal-Papa kemm lill-PBS kif ukoll lill-Ministru responsabbli Owen Bonnici iżda dawn id-domandi baqgħu ma ġewx imwieġba
//= $special ?>