Futbol Sport

L-Irlanda b’saħħithom wisq għat-tim Malti ta’ taħt is-16-il sena

(Ritratt: Stephen Gatt/ MFA)

MALTA …………….. 0

IRLANDA ………… 8

Malta: E.Muscat (61 C. Borg); F. Al Girbi, A. Micallef, M. Spiteri (61 T. Kimamo), K. Micallef (45 Y. Azzopardi), M. La Rosa (80 A. Vassallo), E. Micallef, F. Bartolo, L. Calleja (80 S. Francalanza), L. Frendo (69 L. May Azzopardi), T. Scicluna

Irlanda: Nix (46 K. Keane); A. Lillie (56 N. Tyrell), G. Fitzpatrick (46 A. Cantwell), H. Mackin (46 A. Fleming), K. Lawlee, E. Dolan (46 J. Fitzgerald), J. Ralph (56 F. Bradley), J. Loughrey, L. O’Leary (46 G. Flanagan), A. Madden (46 A. Turner), A. Kelly (56 J. Griffin)

Referee: Kieran Mallia

It-tim Malti tan-nisa ta’ taħt is-16-il sena sofrew telfa ta’ 8-0 kontra l-Irlanda fl-aħħar partita mill-UEFA Development Tournament. L-Irlanda rebħu t-tielet partita tagħhom bi tielet rebħa konsekuttiva wara rebħiet identiċi ta’ 4-0 kontra t-Turkija u l-Lebanon.

L-Irlanda marru fil-vantaġġ wara ħames minuti b’gowl ta’ Lia O’Leary, qabel l-istess player irdoppjat mill-viċin. O’Leary għaqqdet il-hat-trick personali fis-36 minuta bl-ewwel taqsima tintemm b’riżultat ta’ 3-0.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima l-Irlanda skorjaw ir-raba’ gowl minn Grace Flanagan, bil-ħames gowl jasal minn Jodie Loughrey. Fiana Bradley għamlithom 6-0 qabel Aoibhe Fleming u Grace Flanagan skorjaw lejn tmiem il-partita, għal riżultat finali ta’ 8-0.