F’Anfield, f’wirja dominanti, Liverpool għelbu lil Man Utd bl-iskor ta’ 4-0 biex b’hekk telgħu momentarjament fil-quċċata tal-klassifika b’76 punt, b’partita aktar minn Man Citry fit-tieni post b’74 punt. Huma fetħu l-iskor mal-5 minuta meta minn kontrattakk veloċi kien Mohammed Salah li għadda lejn Luis Diaz li mill-viċin ma żbaljax għal 1-0. Fis-7 minuta mument mill-isbaħ il’hinn mir-rivalità sportiva meta l-istadium kollu ta minuta ta’ applaws għal Cristiano Ronaldo u Georgina Rodriguez li ħabbru li tilfu lil binhom qabel it-twelid.
Liverpool rdoppjaw fit-22 minuta meta Sadio Mane sab lil Mohammed Salah li wiċċ imb’wiċċ ma’ De Gea tefa’ fix-xibka għal 2-0. It-tiele gowl wasal fit-86 minuta meta Luis Diaz qassam lejn Sadio Mane b’dan tal-aħħar jixħet wara De Gea. Liverpool żiedu r-raba’ gowl fil-85 minuta meta minn pass ta’ Diogo Jota kien Mohammed Salah li assigura minn rebħa kbira għal Liverpool.
PREMIER LEAGUE
Illum: Liverpool v Man Utd 4-0
//= $special ?>