Wara sentejn ta’ restrizzjonijiet tal-COVID, il-Forti Manoel se jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku waqt Open Day nhar il-Ħadd, 1 ta’ Mejju bejn id-09:00 u s-18:00. Dan se jagħti opportunità lill-pubbliku biex jara x-xogħlijiet tar- restawr sal-lum u li jgawdi l-Forti u dak kollu li għandu x’joffri.
Għal dawk li huma interessati fl-istorja u l-passat tal-Forti, huma ppjanati tliet żjarat f’10:00 bil-Malti, 11:30 bl-Ingliż u 15:00 bil-Malti. Dħul għall-Forti u l-żjarat iggwidati huma bla ħlas.
Għal aktar dettalji wieħed jista’ ġentilment iċempel 2065 5500 jew jibgħat email lil info@midimalta.com. Aktar informazzjoni hija disponibbli wkoll fuq https://www.facebook.com/manoelislandmalta/.
//= $special ?>