Lokali

Programm tal-festa f’ġieħ il-kbir glorjuż patrijarka San Gużepp

Ippublikat il-programm tal-festa ta’ San Gużepp, il-Patrun tal-knisja universali, li hi organizzata mil-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, is-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat u l-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani.

Il-festa ser isseħħ fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù ir-Rabat tal-Imdina, mit-30 ta’ April sat-8 ta’ Mejju 2022.

Is-Sibt 30 ta’ April – Bidu tal-Festa

Fit-8.30 p.m. Ikla b’risq il-Festa ta’ San Ġużepp fis-Sala tal-Każin tal-Banda L’Isle Adam.

Filgħaxija se ssir mixgħela tax-xema madwar l-istatwa Monumentali  ta’ San Ġużepp fil-pjazza ta’ quddiem id-Domus Rumana.  Din l-attivita’ se tiġi organizzata mill-Grupp taż-Żgħażagħ Ġużeppini Rabtin 193.

Il-Ħadd 1 ta’ Mejju  Festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem u Ħruġ tal-istatwa fil-Knisja

Fl-10.15 a.m. Korteo tat-tfal bl-istatwa ta’ San Ġużepp tat-tfal minn quddiem il-Knisja ta’ San Franġisk tal-Patrijiet Konventwali għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù bis-sehem tal-Banda L’Isle Adam li takkumpanja l-koreto b’daqq ta’ innjiet lil San Ġużepp.

Fil-11.00 a.m. Quddiesa mir-Rev. Gwardjan Patri Martin Coleiro O.F.M., Direttur Spiritwali tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp.  Fit-tmiem il-Quddiesa jsir il-mandat lir-reffiegħa tal-istatwa u wara jsir il-ħrug tal-istatwa ta’ San Ġużepp fil-knisja.   Fejn l-istatwa se tinħareġ barra sa quddiem il-bieb prinċipali tal-Knisja u tingħata tislima bid-daqq tal-innnijiet mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam.  Kif ukoll isir ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

It-Tnejn 2 ta’ Mejju  – Jum iż-Żgħażagħ Ġużeppini

Fis-6.00 p.m. Quddiesa għaż-żgħażagħ mir-Rev. Kan. Dun Claude Mifsud – Viċi Parroku, organizzata mill-grupp taż-Żgħażagħ  Ġużeppini Rabtin 193.

L-Erbgħa 4 ta’ Meju – l-Ewwel Jum ta’ Tħejjija

Fil-5.30 p.m. Rużarju u Kurunella ta’ San Ġużepp.

Fis-6.00 p.m. Quddiesa fejn fiha jsir il-kant tal-Għasar  bil-priedka  mir-Rev.  Kan. Ivan Aquilna.  Kant tal-Innu u Antifona u wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Fit-8.00 a.m. u fl-12.00 a.m. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

Fit-tmiem taċ-Ċelebrazzjoni fil-Knisja jsir ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

Il-Ħamis 5 ta’ Mejju – It-Tieni Jum ta’ Tħejjija

Fil-5.30 p.m. Rużarju u Kurunella ta’ San Ġużepp.

Fis-6.00 p.m. Quddiesa fejn fiha jsir il-kant tal-Għasar  bil-priedka  mir-Rev.  Kan. Ivan Aquilna.  Kant tal-Innu u Antifona u wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Fit-8.00 a.m. u fl-12.00 a.m. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

Fit-tmiem taċ-Ċelebrazzjoni fil-Knisja jsir ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

Fid-9.00 p.m.  Kunċert Ġenerali tal-Marċi fis-Sala tal-Każin tal-Banda L’Isle Adam, f’Palazzo Xara.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju – Aħħar Jum ta’ Tħejjija

Fil-5.30 p.m. Rużarju u Kurunella ta’ San Ġużepp.

Fis-6.00 p.m. Quddiesa fejn fiha jsir il-kant tal-Għasar  bil-priedka  mir-Rev.  Kan. Ivan Aquilna.  Kant tal-Innu u Antifona u wara ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Fit-8.00 a.m. u fl-12.00 a.m. Ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

Fit-tmiem taċ-Ċelebrazzjoni fil-Knisja jsir ħruq ta’ Murtali u Murtaletti.

Fit-8.30 p.m. Il-Banda L’Isle Adam tagħmel marċ li jibda minn taħt l-Ark fi Triq San Pawl u jgħaddi minn dawn it-toroq: Bir il-Ljun, Doni l-Qadima, Flats, Doni, San Bartilmew, Zondadari, Santu Wistin, Pjazza L’Isle Adam, San Ġużepp u San Pawl fejn jintemm quddiem il-Każin.

Fid-9.15 p.m. Ħruq ta’ Murtali, Murtaletti, Blalen, Murtali tal-Kulur u Kaxxa tal-Kulur.

Is-Sibt 7 ta’ Mejju – Lejlet il-Festa

Fis-6.00 p.m. Translazzjoni tar-Relikwa mmexxija mir-Rev. Gwardjan Patri Martin Coleiro O.F.M.,  mis-Santwarju Nazzjonali ta’ San Ġużepp Inkurunat għall-Knisja li tgħaddi minn Triq San Ġużepp, Pjazza L’Isle Adam, Triq ir-Repubblika, Triq il-Kbira u Triq San Pawl għall-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, bis-sehem tal-Patrijiet Franġiskani u l-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp u wara Quddiesa Kantata.

Fit-8.00 p.m. Il-Banda L’Isle Adam tagħmel Marċ minn ħdejn il-Knisja fi Triq San Ġużepp u tkompli għall-Pjazza L’Isle Adam, Triq Santu Wistin, Triq ir-Repubblika, Triq il-Kbira u Triq San Pawl sa quddiem il-Każin.

Fid-9.15 p.m. Ħruq tal-Logħob tan-Nar tal-Ajru, fejn isir ħruq ta’ Sfejjer, Blalen, Beraq Pront u Murtali tal-Kulur. 

Fil-11.30 p.m. Ħruq ta’ Kaxxa Infernali tal-Kulur u wara jsir il-Logħob tan-Nar tal-Art fil-Wesgħa tal-Mużew ħdejn id-Domus Rumana.

Il-Ħadd 8 ta’ Mejju – Jum il-Festa

Fis-7.15 a.m. u fit-8.30 a.m. Quddiesa.

Fl-9.45 a.m. Quddiesa Solenni Konċelebrata mill-Wisq  Rev. Patri Anthony Chircop O.F.M. Ministru Provinċjal flimkien mal-Patrijiet Franġiskani, jinseġ il-paniġierku Rev. Patri Martin Mamo O.FM. Cap.

Fil-11.00 a.m. Quddiesa fis-Santwarju ta’ San Ġużepp.

Fis-1.00 p.m. Marċ tradizzjonali mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam li jibda minn taħt l-Ark Trijonfali fi Triq San Pawl u jgħaddi minn dawn it-toroq: Il-Patrijiet, Bir il-Ljun, San Martin, Indri Borg, San Pawl, Wegħsa tal-Mużew, Doni, San Bartilmew, Zondadari, Santu Wistin, Pjazza L’Isle Adam, San Ġużepp

Fis-6.00 p.m. Quddiesa.

Fis-7.00 p.m. Purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp mat-toroq prinċipali tar-Rabat bis-sehem tal-Patrijiet Franġiskani u l-Fratelli tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, imexxija mill-Wisq  Rev. Ministru Provinċjal.  Fid-dħul tal-istatwa fil-Knisja, isir kant tal-Innu u l-Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-purċissjoni tkun akkumpanjata bid-daqq ta’ innijiet lil San Ġużepp mill-Banda De Rohan tal-Kazin San Ġużepp ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Waqt il-ħruġ tal-purċissjoni jsir ħruq ta’ Salut u Kaxxa Infernali.  Filwaqt li matul il-purċissjoni jsir ħruq ta’ diversi Murtaletti u Murtali tal-kulur. Kif ukoll x’ħin il-purċissjoni tasal fi Pjazza Saqqajja, isir ukoll ħruq ta’ Murtali tal-Kulur.  Fid-dħul tal-istatwa fil-Knisja tiġi maħruqa Kaxxa Infernali tal-Kulur.

Lejlet u Nhar il-Festa, il-Mużika ta’ Mro Carlo Diacono, tkun taħt id-direzzjoni Mro Ray Sciberras.  Fil-jiem l-oħra tal-Festa, il-Mużika tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joseph Galea. F’dawn il-jiem jieħdu sehem elementi mużikali mill-Banda Dekana u Ċittadina L’Isle Adam flimkien mal-Kor ‘St. Francis of Assisi” tal-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù.

In-Nar tal-Ajru li se jigi maħruq matul il-jiem tal-Festa, ġie maħdum mill-Ġużeppini Rabtin tal-Għaqda tan-Nar 19 ta’ Marzu, fil-Fabbrika ta’ l-istess Għaqda.

Tags