Rapporti fil-media internazzjonali qed jindikaw li Man City laħqu ftehim għall-attakkant ta’ Borussia Dortmund Erling Haaland. Jidher li Man City se jħallsu s-somma ta’ €75 miljun, bit-tim immexxi minn Pep Guardiola jidher li għeleb l-isfida ta’ Real Madrid għal firma tal-attakkant Norveġiż.
Skond rapporti fl-Ingilterra Man City se jkunu qed iħallsu lil Erling Haaland madwar £500,000 fil-ġimgħa, bl-aġent Mino Raiola mistenni jkollu parti importanti f’dan it-trasferiment. Man City ma rnexxielhomx jiffirmaw attakkant minflok Sergio Aguero fil-bidu tal-istaġun, li ssieħeb lil Barcelona iżda kellu jirtira ftit wara minħabba problemi f’qalbu.
Fis-suq ta’ trasferimenti tas-sajf li għadda Man City kienu viċin ferm li jiffirmaw lil-captain Ingliż ta’ Tottenham Harry Kane, għalkemm finalment Tottenham ma ħallewx lil Kane iħalli l-club.
//= $special ?>