Rapport: Stewart Said
SAN ĠILJAN MERCURY TOWERS……. 9
NEPTUNES VIDEOSLOTS……………….. 7
(2-1), (1-3), (1-1), (5-2)
San Ġiljan Mercury Towers kellhom bżonn rebħa biex jibqgħu jittamaw fir-rebħ tal-Kampjonat tax-Xitwa. Għal ħafna ħin dehru reattivi, iżda fl-aħħar sessjoni ħarġu d-determinazzjoni tagħhom u kisbu t-tliet punti. Spikka r-ritorn ta’ Ben Plumpton li temm l-aqwa skorer b’ħames gowls.
Neptunes ma kellhomx prestazzjoni negattiva iżda pattew qares għall-iskwadra qasira. Minbarra n-nuqqas tas-soliti Stevie Camilleri, Jake Muscat, Jeremy Abela u Alec Fenech, kellhom lil Sam Gialanze li kien mat-tim iżda għadu mhux fl-aħjar kundizzjoni biex jilgħab. Fil-bidu tal-aħħar sessjoni, huma tilfu wkoll lil Mark Castillo u Jordan Camilleri li ġew esklużi mil-logħba.
Jake Cachia poġġa lil Neptunes minn fuq sakemm Mattias Ortoleva u Nikolai Zammit minn penalty dawru r-riżultat favur San Ġiljan. Fit-tieni sessjoni, Neptunes għollew il-livell tagħhom u meritatament temmew it-tieni sessjoni minn fuq. Mark Castillo ġab id-draw bi ġmiel ta’ gowl mis-centre, u Cachia skorja t-tieni gowl personali. Ben Plumpton ġab id-draw momentarju iżda Max Farrugia reġa’ poġġa lil Neptunes wara li kompla għal ġewwa mill-qrib.
Il-logħba baqgħet bilanċjata, biż-żewġ timijiet jippruvaw isibu risposta għall-attakki rispettivi, b’difiżi kompatti. Neptunes baqgħu fuq quddiem hekk kif Gabriel Pace żammhom fil-vantaġġ wara li Plumpton kien ġab id-draw bl-għajnuna tal-lasta l-wieqfa.
San Ġiljan ħarġu grintużi li jirbħu l-logħba u wara li l-captain Matthew Zammit dawwar ir-riżultat b’doppjetta, Ben Plumpton skorja tliet gowls konsekuttivi u għalaq il-logħba. Luigi Mallia naqqas id-distakk b’doppjetta iżda ma kienx fadal ħin biżżejjed.
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg, A. Galea, N. Schiavone, R. Caruana, M. Zammit (2), M. Ortoleva (1), D. Tully, J. Bonavia, N. Zammit (1), D. Zammit, N. Bugelli, G. Vassallo, B. Plumpton (5), D. Fero
Neptunes: A. Borg Cole, M. Zammit, S. Gialanze, G. Pace (1), J. Cachia (2), J. Spiteri Staines, M. Castillo (1), J. Camilleri, M. Spiteri Staines, D. Bugeja, M. Farrugia (1), S. Mifsud, L. Mallia (2), B. Zammit
Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari
BARRACUDAS………………………. 7
TA’ XBIEX AMIGOS………………. 15
(0-3), (1-4), (1-5), (5-3)
Ta’ Xbiex Amigos telgħu fit-tielet post b’rebħa faċli kontra Barracudas. Konfront li fih Ta’ Xbiex qatt ma kienu f’dubju li se jiksbu l-massimu tal-punti, bit-tim ta’ Barracudas jirnexxilu biss jevita li l-iskor ikun umiljanti lejn it-tmiem.
Gowls ta’ Zak Cutajar Licari, Sam Engerer u Edward Meli bdew jibnu l-vantaġġ ta’ Ta’ Xbiex fl-ewwel sessjoni. Id-distakk baqa’ jikber u saħansitra Ta’ Xbiex kabbru l-vantaġġ għal 7-0, b’Luke Galea jiskorja l-ewwel gowl ta’ Barracudas.
Dan id-distakk għamilha diffiċli biex Barracudas b’xi mod jirkupraw, bit-tim ta’ Dejan Simeonov ikompli jikkontrolla l-logħba. F’perjodu waqt l-aħħar sessjoni, Ta’ Xbiex kellhom vantaġġ ta’ 14-3. Lejn it-tmiem, Barracudas irnexxielhom jiskorjaw erba’ gowls konsekuttivi u benġlu ftit ir-riżultat, b’Sam Engerer jissiġilla r-rebħa għal Ta’ Xbiex b’gowl sabiħ fl-aħħar xutt tal-logħba.
Barracudas: C. Bugeja, A. Piccione, A. Magri, P. Micallef, D. Ciantar, R. Sciortino (1), S. Aquilina, L. Galea (1), D. Camilleri (1), S. Camilleri, A. Mifsud (2), T.J. Mifsud (1), L. Abela, J. Bugeja (1), V. Bartolo
Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba (1), E. Aquilina (1), J. Pace Mizzi, E. Meli (1), S. Engerer (3), Z. Cutajar Licari (2), J. Cassar (1), E. Schembri (4), B. Attard Littschwager (1), P. Tabone, J. Chircop (1), Z. Dzanovic, T. Fenech
Referees: Peter Balzan, Ronnie Spiteri
Logħob li jmiss
Għada
L-Ewwel Diviżjoni
Otters v Valletta 6.15pm
Kampjonat Premier
Sliema v Birżebbuġa 7.20pm, Sirens v Exiles 8.25pm
Kampjonat Premier
L R D T F K Pti
Sliema 6 6 0 0 85 25 18
San Ġiljan 7 6 0 1 85 42 18
Sirens 6 3 0 3 44 63 9
Neptunes 7 2 1 4 60 65 7
Birżebbuġa 6 1 1 4 37 74 4
Exiles 6 0 0 6 37 79 0
L-Ewwel Diviżjoni
L R D T F K Pti
Valletta 5 5 0 0 64 25 15
Marsaskala 5 4 0 1 72 24 12
Ta’ Xbiex 5 2 1 2 56 55 7
Otters 5 1 1 3 34 68 4
Barracudas 6 0 0 6 40 94 0
//= $special ?>