Lokali Transport

Se jitwaħħlu żewġ speed cameras oħra fi Triq il-Kosta

Fil-ġranet li ġejjin l-Aġenzija tal-Infurzar Lokali (LESA), fuq approvazjoni ta’ Transport Malta, ser tkun qed tikkonkludi l-proċess ta twaħħil ta’ żewġ speed cameras fi Triq il-Kosta, direzzjoni lejn in naħa ta isfel ta’ Malta.  Dawn il-kameras huma parti mill-pjan ta sigurta’ f’din it-triq, u jikkumpliemtna dawk imwaħħlin diġa ftit tax-xhur ilu, direzzjoni lejn in-naħa ta fuq ta Malta

Il-pjan ta’ din it-triq ġie determant fuq rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn Inkjesta Maġisterjali, wara li kien hemm diversi inċidenti. Il-lokazzjoni ta’ dawn il-kameras se jkunu propju f’dawk il-postijiet li l-iktar saru inċidenti u bil-għan li dawn il-black spots jiġu ndirizzati.