Lokali

Żeffiena Maltin jieħdu l-ewwel u t-tielet post f’kompetizzjoni Ewropea

Erba’ żeffiena ċkejkna Maltin irnexxilhom jagħmluha fl-ewwel u t-tielet post f’kompetizzjoni Ewropea tal-Ballroom li saret fl-Ingilterra.

Fl-ewwel post għamluha ċ-ċkejkna Caden Mejlaq u Mattea Mintoff wara li taw prestazzjoni mill-aqwa quddiem il-ġurija.

Iż-żeffiena ħadu sehem fis-sezzjoni ta’ tfal taħt it-12-il sena wara li l-għalliema tal-iskola taż-żfin li jitgħalmu magħha emmnu li għandhom kapaċitajiet biżżejjed. U fil-fatt, huma mhux talli niżlu lura pajjiżna b’medalja tat-tielet post iżda wkoll b’medalja tal-ewwel post!