Birkirkara F.C. laħqu ftehim mal-kowċ Andre Paus biex iħalli l-kariga tiegħu immedjatament, u l-kuntratt tiegħu mhux se jkun estiż lanqas għall-istaġun li ġej.L-aħbar tasal wara l-eliminazzjoni ta’ Birkirkara F.C. mill-FA Trophy, bit-telfa ta’ 3-1 kontra Floriana FC, l-avversarji li jmiss għall-Istripes fil-Kampjonat.
Għall-aħħar tliet logħbiet ta’ dan l-istaġun, Birkirkara F.C. se jkunu mmexxija minn Jonathan Holland, li matul dan l-istaġun kien jokkupa l-kariga ta’ Assistent Kowċ. Birkirkara F.C. qed jittamaw li jiksbu post fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Attwalment, il-klabb jinsab fit-tielet post, 2 punti fuq Ħamrun Spartans Football Club u tlieta punti iktar minn Gżira United Football Club.
//= $special ?>