“Huwa importanti li l-istudji u l-konklużjonijiet jiġu ppubblikati sabiex iċ-ċittadini jifmhu bi preċiżjoni għaliex qegħdin isiru l-ispeed cameras ta’ Triq il-Kosta”
Hekk sostna x-Shadow Minister għat-Trasport u l-Infrastrutura Adrian Delia f’appell biex ikunu ppubblikati r-rakkomandazzjonijiet dwar l-ispeed cameras ta’ Triq il-Kosta u kif ukoll ikun hemm lok li ssir diskussjoni.
Adrian Delia qal li dan il-proċess jrid isir biex kemm jista’ jkun nedukaw filwaqt li jkunu qegħdin jiġu implimentati miżuri tas-sigurtà li ma jkunux jidhru drakonjani.
Fil-post tiegħu fuq Facebook qal li jifhem li dawn se jsiru wara indikazzjoni esperta, iżda jeħtieġ li l-poplu jkun mgħarraf u jingħata d-dettalji kollha meħtieġa.
//= $special ?>