Coronavirus Lokali Saħħa

Covid-19: Ikomplu jonqsu l-każi attivi f’pajjiżna, imutu 2 persuni

Fl-aħħar 24 siegħa, żewġ persuni f’pajjizna mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. B’hekk in-numru ta’ vittmi żdied issa għal 679.

Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa nstabu 297 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 785 persuna oħra, biex hekk b’hekk in-numru ta’ każijiet attivi naqas għal 6,244.

Dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija f’Malta, il-Gvern qed jibqa’ jagħżel li ma jippublikax dettalji ta’ kemm hawn persuni bil-virus fl-isptarijiet tagħna, għalkemm statistika ppublikata mill-ECDC tpoġġi lil pajjiżna bħala l-aktar pajjiż fl-Ewropa li għandu persuni pożittivi bil-Covid fl-isptarijiet.

Dan meta, l-istatistika tal-ECDC, turi li sal-10 t’April, pajjiżna kellu 24 pazjent għal kull 100,000 persuna. Intant, illum tħabbar li l-Awtorità tal-Mediċini approvat ħames self-kits tal-Covid, illi huma mezz kif wieħed jagħmel test waħdu d-dar. Dawn il-kits jistgħu jinxtraw mill-ispiżeriji.