Lokali Qorti

Din il-ġimgħa mistennija toħroġ l-att tal-akkuża kontra ta’ Daniel Muka fuq il-qtil doppju f’Tas-Sliema

Ritratt: Martin Agius

Sa l-aħħar ta’ din il-ġimgħa mistennija toħroġ l-att tal-akkuża fil-konfront ta’ Daniel Muka mixli bil-qtil doppju f’Tas-Sliema fis-sajf ta’ sentejn ilu. Dan ukoll biex l-Albaniż ma jispiċċax jingħata l-libertà proviżorja peress li bħal lum ġimgħa jagħlaq it-terminu ta’ 20 xahar skont il-liġi.

Minkejja li l-membri tal-familja tal-vittmi jinsabu nkwetati li l-att tal-akkuża ma toġroġx fil-ħin, din tiġi preżentati kif kien ġara fil-każijiet ta’ Yorgen Fenech u l-aħwa Degirgio li huma akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Muka, l-Albaniż ta’ 27 sena, jinsab akkużat bil-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski fid-dar tagħhom fi Locker Street fit-18 ta’ Awwissu 2020.

Huwa kien ġie arrestat u tressaq il-qorti ftit aktar minn ġimgħa wara. Fil-perjodu tal-qtil, Muka kien fuq pleġġ wara li kien akkużat bl-attentat ta’ qtil ta’ żewġ pulizija waqt serq ta’ ġojjellerija f’Tas-Sliema. Il-liġi tistabbilixxi li sakemm il-prosekutur tal-istat ma jippreżentax att ta’ akkuża fi żmien 20 xahar mid-data meta s-suspettat jiffaċċja akkużi, huwa għandu jingħata l-libertà proviżorja. Dak il-limitu ta’ żmien ta’ 20 xahar huwa stabbilit li jiskadi nhar l-Erbgħa, 27 ta’ April.

Il-bouncer Maċedonjan Viktor Dragomanski u ċ-ċittadin Daniż Jesper Kristiansen qed jiffaċċjaw akkużi separati li kienu kompliċi fl-isparatura fatali li l-investigaturi jemmnu li kienet riżultat ta’ serqa li kienet ippjanata ħażin. Il-limitu ta’ żmien għall-preżentata tal-att ta’ akkuża kontra Dragomanski wkoll waslet biex tiskadi għax kien tressaq ftit wara li tressaq Muka. Is-Supretendent James Grech u l-Ispettur Colin Sheldon qed imexxu l-prosekuzzjini fil-każ. L-avukati Joe Giglio u Roberta Bonello qed jidhru bħala parte civile.