Futbol Sport

Disa’ klabbs jingħataw il-liċenzja tal-UEFA

Disa’ klabbs lokali ngħataw il-liċenzja tal-UEFA fejn permezz tagħhha jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA. Din is-sistema ta’ liċenzjar inbdiet fl-2004 u tingħata lil dawk il-klabbs li jilħqu l-kriterji meħtieġa.

Il-klabbs lokali li ngħataw il-liċenzja kienu: Balzan FC, Birkirkara FC, Floriana FC, Gżira United FC, Ħamrun Spartans FC, Hibernians FC, Santa Lucia FC u Valletta FC kif ukoll it-tim tan-nisa ta’ Birkirkara.