L-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta se tkun qed ittellha serata speċjali fl-okkażjoni tal-10 snin anniversarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni. Is-serata ġġib l-isem ‘Fi kliem Publju…’ u tulha se ssir preżentazzjoni tal-pjanta restawrata tal-Ark Trijonfali tal-festa ta’ San Publju, tislima u ġieħ lil Prof. Oliver Friggieri, tifkira tat-80 sena mill-bumbardament tal-knisja ta’ San Publju fit-Tieni Gwerra u tislima lill-vittmi tal-gwerra fl-Ukrajna, fost l-oħrajn.
F’attività konġunta mal-Parroċċa San Publju u l-Kunsill Lokali Floriana ser jieħdu sehem ukoll l-attur is-Sur Joe Quattromani, il-kor Vox Dulcis Chorale u n-Notarial Archives Foundation.
‘Fi Kliem Publju…’ ser issir is-Sibt li ġej, 23 ta’ April 2022, fis-19.15, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publju tal-Floriana.
//= $special ?>