Knisja Kultura Lokali

Iċċelebrata l-festa ta’ San Girgor, tradizzjoni li tmur lura 500 sena

Kull sena, l-Erbgħa ta’ wara l-Għid il-Kbir, tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Girgor; tradizzjoni li tmur lura mal-500 sena.

Din il-festa originarjament kienet wegħda li kien għamel il-poplu fi żmien il-pesta biex jinħeles darba għal dejjem mill-qerda li din iġġib magħha. Il-wegħda kienet li jekk San Girgor jeħles lill-poplu mill-pesta, isir pellegrinaġġ kull nhar ta’ Erbgħa fuq l-Għid il-Kbir sal-knisja ta’ dan il-qaddis f’tarf iż-Żejtun.

Illum il-purċissjoni ssir mill-Knisja ta’ San Klement fiż-Żejtun għall-Knisja ta’ San Girgor fiż-Żejtun stess.

Filgħodu, ġiet iċċelebrata quddiesa bis-sehem tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-istess kappella ddedikata lil San Girgor.

Fil-passat, wara l-mixja tal-pellegrinagg, in-nies kienu jinżlu fil-bajja fil-qrib, f’Marsaxlokk.

Illum il-mawra sa Marsaxlokk baqgħet popolari, anki fost dawk li lanqas jersqu lejn il-pellegrinaġġ.

F’Marsaxlokk sa minn kmieni filgħodu ntramaw għadd ta’ gabbani tal-ikel, ħelu u xorb, b’uħud jipparteċipaw fil-logħob tat-tombla, li tkun mistennija minn bosta.

Oħrajn jieħdu l-opportunità biex joqogħdu mal-baħar, jilgħaqu ftit ix-xemx.