L-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) qalet li l-ammont tal-Ukreni li ħarbu lejn artijiet oħra mindu r-Russja invadiet pajjiżhom ( fl-24 ta’ Frar) issa qabeż il-ħames miljuni.
U waqt li aktar mijiet ta’ eluf ta’ Ukreni qed jippruvaw jaħarbu miz-zoni tal-gwerra, ir-Russja qegħda tkompli wkoll bl-offensiva biex taħtaf ir-reġjun tad-Donbas lejn il-lvant tal-Ukrajna – u fejn il-qawwiet tal-Kremlin mill-ġdid qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ reżistenza determinata f’din il-fażi ġdida tal-gwerra.
//= $special ?>
