L-awtoritajiet fil-belt ta’ Mariupol qed jittamaw li jevakwaw mas-6,000 ċivili mill-inħawi bħala parti minn ftehim preliminarju mar-Russja.
Madankollu – u waqt li r-Russigħaddejjin ‘bl-aħħar fażi tal-offensiva’ fuq Mariupol – l-indikazzjonijiet urew li għad fadal xorta xi 100,000 ċivili f’dik il-belt. Hu minnu wkoll li fl-aħħar ġimgħat fallew diversi ftehim oħra għall-evakwazzjonijiet tal-familji wara li r-Russi baqgħu jibbumbardjaw iz-zoni tal-Ukrajna li jinkludu l-komunitajiet ċivili.
Ir-Renju Unit, issa, qed jakkuża lill-qawwiet ta’ Moska dwar ‘sensiela ta’ attakki indiskriminattivi’ fuq iċ-ċivili fl-inħawi ta’ Mariupol.
Fl-istess ħin, mhux eskluż li, ‘il quddiem, jinstabu numri kbar ta’ irġiel, nisa u tfal immassakrati mit-truppi Russi (f’Mariupol) bħalma kien seħħ, jiem ilu, f’Bucha.
//= $special ?>
