Il-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel, beda żjara fi Kiev li ma kenitx mistennija filwaqt li wassal il-messaġġ li ‘hu kien jinsab fil-qalba ta’ Ewropa ħielsa u demokratika’.
Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, esprima sodisfazzjon għal din iż-żjara u sostna li Michel hu ‘ħabib kbir tal-poplu Ukren’.
Zelensky, intant, irringrazzja lil Charles Michel għal ‘laqgħa sinifikattiva’ u żvela li huma t-tnejn iddiskutew is-sanzjonijiet kontra r-Russja, flimkien ma’ appoġġ finanzjarju għall-Ukrajna — b’dan il-pajjiż anki mistenni jingħata għajnuna ‘fil forma tal-armamenti’ mill-Ewropa.’
Iż-żjara ta’ Chalres Michel fi Kiev, segwiet żjara simili li l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, kienet għamlet fil-kapitali Ukrena matul ix-xahar li għadda.
//= $special ?>