Il-pulizija fil-Kenja jinsabu għaddejin bi tfittxija ntensiva għall-persuna li qatlet lill-atleta Damaris Muthee Mutua li nqatlet b’daqqiet ta’ sikkina f’Iten. Mutua hija t-tieni atleta li nqatlet din is-sena, fl-istess raħal hekk kif dan ir-raħal huwa famuż għall-atleti li jiġru fit-tul.
Aktar kmieni din is-sena nqatlet Agnes Tirop, fejn l-allegat aggressur kien ir-raġel tagħha stess li qed jinżamm arrestat. Damaris Muthee Mutua rrapreżentat lill-Kenja fil-Juniors qabel ma bdiet tirrapreżenta lill-Bahrain.
//= $special ?>