Lokali

“Jgħaddu ż-żmien u jiddieħqu bir-residenti”

“Nuqqas ta’ konsultazzjoni magħna r-residenti. Saret petizzjoni iżda l-awtoritajiet ma stmawniex.”

Dawn kienu uħud mill-kummenti li għaddew ma’ Net News ir-residenti ta’ Triq San Leonardu f’Ħaż-Żabbar. B’residenti urtati filwaqt li jinsabu ddispjaċuti għall-mod kif l-awtoritajiet ma semgħux il-karba tagħhom.

Tkellimna ma’ Rennie Zerafa, resident tal-istess Triq fejn spjegalna kif fid-daqqa u l-ħin sabu li qed isir xogħol ta’ bankina quddiemhom.

“50 sena fil-paċi, mingħajr ma kkonsultaw lir-residenti, u meta sirna nafu, għamilna petizzjoni, bagħtniha lil kulħadd, ‘l-awtoritajiet kollha, dawn qabdu jiġu l-kuntratturi, jiddieħqu bina, ara kif ġabu t-triq”

“Din hija triq li fiha jsiru ħafna inċidenti, meta niġu biex niddiskutu magħhom, jgħaddu ż-żmien bir-residenti”

“It-triq ilha sentejn imkissra, u minflok irranġaw it-triq, ivvintaw bankina”

Rennie Azzopardi qalilna kif ma saret l-ebda konsultazzjoni biex tal-anqas jifhmu lir-resident.

Aħna tlabna biex il-bankina ma ssirx, din hija triq arterja prinċipali, trakkijiet għaddejjin il-ħin kollu”

Il-koppja Patrick u Romina Agius qalu magħna li t-triq ilha maqlugħa sentejn, u l-bankina ta’ quddiemhom saret kemm il-darba, bix-xogħol ma jsirx kif suppost.

“Ma kkonsultawniex qabel, wara li saret, ġew juruna l-pjanta. Ma tistax taqbel ma’ dawn il-proġett”

Joe Buttigieg qal li bin-nuqqas tagħhom sa anki ħolqu problemi tad-drenaġġ…

Filwaqt li Francis Demanuele qalet magħna bil-problemi li anki qed isibu dawk li għandhom il-garaxxijiet fl-istess triq.

“Aħna qegħdin kif qegħdin, diġà bil-problemi meta l-karozzi jkunu pparkjati hemm, aħseb u ara issa bil-bankina”.