Lokali

Jitlef ħajtu wara li ttajjar minn karozza

Raġel Sudaniż ta’ 24 sena tilef ħajtu wara li ttajjar minn karozza, ilbieraħ fi Triq Diċembru Tlettax.

Mhux ċar x’wassal għal dan l-inċident iżda skont informazzjoni li għandu Net News, ir-raġel resident B’Bugia, intlaqat minn vettura tat-tip Landrover li kienet misjuqa minn Malti ta’ 37 sena residenti Raħal Ġdid.

Il-pulizija kienet infurmata b’dan l-inċident, it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tat-8pm fejn tim mediku mar fil-post, fejn is-Sudaniż kien ċertifikat mejjet ftit wara.

Is-sewwieq tal-vettura ttieħed l-isptar Mater Dei, iżda jidher li ma sofra ebda ġrieħi.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiaq. Dan filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.