Futbol Sport

Juventus fil-finali tal-Coppa Italia kontra Inter

(Ritratt: EPA)

COPPA ITALIA

B’gowl f’kull taqsima, Juventus għaddew għal finali tal-Coppa Italia b’aggregate ta’ 3 – 0 sabiex fil-finali l-avversarju huwa ttimbrat Inter li ġurnata qabel eliminaw lil Milan. Fit-32 minuta Juventus marru fil-vantaġġ. Minn cross ta’ Alvaro Morata, Dragowski ħareġ fil-vojt biex jantiċipa lil Vlahovic , segwa l-azzjoni FEDERICO BERNARDESCHI li għeleb lil istess Bartolomiej Dragowski. Riżultat li biħ intemmet wkoll l-ewwel taqsima.

Minkejja pressjoni minn Fiorentina f’tentattiv li jiksbu l-gowl tad-draw, Mattia Perin rari kien impenjat. Fis-70 minuta minn cross ta’ Bernarderschi kien Rabiot li għeleb lil Dragowski. Daniele Doveri kkonsulta l-VAR u ħassar il-gowl minħabba offside. Fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud, Juventus irduppjaw permezz ta’ DANILO li minn azzjoni ta’ Cuadrado għeleb lil Dragowski għat 2 – 0 u post ikkonfermat fil-finali.

Juventus v Fiorentina 2-0 (3-0)

SERIE A

Gowl fl-94 minuta minn Simone Verdi kien biżżejjed għal Salernitana biex jiksbu l-ħames rebħa tal-Kampjonat u fl-istess waqt laħqu lil Venezia u Genoa kollha bi 22 punt fl-aħħar tlett postijiet tal-klassifika. Partita bbilanċjata għall-aħħar f’mumenti nervuża tant li r-referee Simone Sozza ammonixxa xejn anqas minn tmien plejers bejn iż-żewġ timijiet. F’mument meta deher li l-partita se tispiċċa fi draw ta’ 0 – 0 fit-raba’ minuta ta’ ħin miżjud minn azzjoni ta’ Ederson kien SIMONE VERDI li għeleb lil Marco Silvestri . Tlett punti li bihom Salernitana għadhom jittamaw li jżommu posthom fis-serie A

Udinese v Salernitana 0-1