B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet tal-Ministru għat-Turiżm Clayton Bartolo , il-Partit Nazzjonalista jifraħ lil dawk kollha li ġew premjati, u jixtiqulhom kull suċċess.
Permezz ta’ stqarrija ffirmata minn Robert Arrigo, Viċi Kap għall-Affarijiet tal-PN u Kelliem għat-Turiżmu l-Partit Nazzjonalista qal li jifhem li l-Ministru qal li l-ministeru, awtoritajiet, u gvern ma jistgħux jagħmlu kollox.
Fid-dokument 2+8, il-Partit Nazzjonalista jemfasizza li huwa l-gvern kollu li għandu juri leadership f’dawn l-oqsma:
- Impenji ta’ titjiriet u frekwenza;
- Titjib tal-prodott lokali f’ħafna lokalitajiet;
- Tindif u manutenzjoni kontinwa fil-lokalitajiet kollha.
Sfortunatament pajjiżna għadu lura meta jikkompara ma kompetituri fil-Meditterran, u allura kwalitá tajba fl-esperjenza għat-turist mhix lussu.
//= $special ?>