Ċifri maħruġa llum mill-Uffiċċju Ewropew tal-Istatistika (Eurostat) juru li matul Frar li għadda pajjiżna ħa daqqa f’dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni industrijali – u allura, dak kollu li nipproduċu fl-industriji ibbażati f’Malta u Għawdex.
Skont l-informazzjoni ppubblikata mill-Eurostat, Malta kellha tnaqqis ta’ 2.7% fil-Produzzjoni Industrijali meta kumparat ma’ Jannar 2022. Meta wieħed iqabbel fuq bażi ta’ sena, it-tnaqqis kien saħansitra akbar – 3.5%.
Dan ifisser li pajjiżna kellu t-tielet l-akbar tnaqqis minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.
Inċidentalment, fuq bażi Ewropea u anke fost il-pajjiżi taz-zona Ewro kien hemm żidiet marġinali f’dak li qed jiġi prodott mill-industriji. Illi jfisser li Malta imxiet kontra x-xejra ta’ dak li esperjenzaw il-maġġoranza tal-pajjiżi.
Mhux eskluż illi dan kollu hu dovut għall-fatt li fi Frar kien għad hemm stennija għat-tħabbira uffiċjali tal-elezzjoni ġenerali, u allura l-andament ekonomiku b’mod naturali dejjem ikun aktar kawt u kajman.
//= $special ?>